Dwar l-A.A.

Insibu li l-aħjar mod biex nispjegaw x’inhi l-A.A. u kif taħdem hija numru ta’ sentenzi qosra li nsejħulhom ‘Preamble’ u li naqrawh fil-bidu ta’ kull laqgħa.

Alkoħoliċi Anonimi hija għaqda ta’ rġiel u nisa li jaqsmu bejniethom l-esperjenzi , saħħa u tama bil-għan li jsolvu l-problema komuni tagħhom u jgħinu lil ħaddiehor ifieq mill-akoħoliżmu.

Biex issir membru hemm bżonn ta’ ħtieġa waħda biss – xewqa li tieqaf tixrob. Ma nħallsu l-ebda flus jew miżati; nieħdu ħsieb l-ispejjes tagħna billi nagħtu kontribuzzjoni. L-A.A. m’għanda x’taqsam ma l-ebda razza, politika, organizzazzjoni jew għaqda oħra; ma tixtieqx tidħol fl-ebda kontroversja, lanqas tappoġġja inkella topponi xi kawża. L-għan wieħed tagħna hu li ma nixorbux u ngħinu oħrajn bħalna biex iżommu l-bogħod mix-xorb.

Maqlub ghall-Malti u stampat bil permess tal- ‘ AA Grapevine Inc. New York, NY, USA.’

Biex tifhem iżjed x’ihnu l-alkoħoliżmu aqra ‘Izjed dwar alkoħolizmu’ ikkupjat mill-ktieb ‘Alkoħoliċi Anonimi’ miktub fis-sena 1939 biex “juri lill-alkoħoliċi oħra kif irnexxielna ngħelbu l-problema tax-xorb”

Il-program ta’ fejqan tal-A.A. huwa msejjes fuq il-prinċipju li alkoħoliku li m’għadux jixrob jista jgħin lill-alkoħoliku ieħor. Waqt il-fejqan alkoħoliku jaqsam ma oħrajn l-problemi tiegħu tax-xorb, jispjega kif sab il-fejqan fl-A.A. and jistieden lil minn għadu ġdid biex isir membru tal-A.A.

Hemm laqgħat hekk msejħin bil-miftuħ fejn kull minn għandu interess isir jaf iżjed fuq l-A.A. jista jattendi. Ukoll laqghat fil-magħluq għal dawk li jaħsbu jew iħossu li għandhom problema tax-xorb. Tista taqra iżjed dwar Laqgħat tal-A.A.

Il-qalba tal-program ta’ fejqan tinsab fit-12 it-Tarġa tal-Akoħoliċi Anonimi. Dawn m’huma xejn ħlief numru ta’ prinċipji li minn natura tagħhom huma spiritwali u li jekk jiġu ippratikati, wiehed jista jeħles mill-ossessjoni tax-xorb u jibda jgħix ħajja ferħana, siewja u sħieħa.
Jekk qiegħed tinkwieta kemm qed tixrob kompli aqra – L-A.A. tajba għalik?

It-12 il-Tradiżżjoni tal-Alkoholiċi Anonimi jagħtu qafas biex  l-A.A. tkompli iżomm magħquda, huru  kif taġixxi għal dak li qed jiġri madwara, titkompla u toktor.