Dwar il-laqgħat tal-A.A

L-iżjed mod ħafif kif tirrispondi għal mistoqija “Min ser jkun hemm fil laqgħa tal-A.A. huwa li tgħid li l-inqas huwa xi ħadd li għandu l-istess problema bħalek. Il-membri tal-A.A. huma rġiel u nisa t’etajiet differenti w ġejjin minn kull qasam tal-ħajja.

Kull laqgħa tista’ tieħu forma u titmexxa differenti, izda b’mod ġenerali hemm żewġt tipi ta’ laqgħat dawk miftuħa u dawk hekk msejħa magħluqa.

Laqgħat Miftuħa:
Dawn il-laqgħat huma miftuħa biex jieħdu sehem fihom alkoħoliċi, membri tal-familja tagħho, kif ukoll kull min jixtieq jegħleb il-problema tax-xorb nkella jixtieq jgħin lil ħaddieħor jilħaq dan l-għan. Kważi dejjem ikun wieħed jew iżjed kelliema li waqt laqgħa miftuħa jaqsmu l-esperjenzi tagħhom tax-xorb kif ukoll kif jifmhu l-programm tal-A.A. Xi drabi jiġu mħabbra attivitajiet lokali tal-A.A. filwaqt li t-teżorier jħeġġeġ lill-membri biex jaqsmu l-ispejjes tal-laqgħa, kotba ta’ qari w xi spejjes oħra. Membri tal-A.A. jistgħu jekk ikun meħtieġ jagħtu spjega għal-mistoqsijiet li jsiru. Il-mistednin huma mfakkra li kull membru tal-A.A. għandu l-fakulta biex jispjega l-programm tal-A.A. u li l-ebda membru jew grupp ma jista’ jitkellem b’xi awtorita għall-grupp jew għal-għaqda tal-A.A.
Laqgħat Magħluqa:
Dawn il-laqgħat isiru ghal-dawk li jaħsbu nkella jafu li għandhom problema tax-xorb. Permezz tal-laqgħat magħluqa il-membri jaqsmu ma’ xulxin l-esperjenzi, tama w saħħa tagħhom dwar problemi li għandhom x’jaqsmu max-xorb kif ukoll jitkellmu fid-dettal fuq l-program ta’ fejqan tal-A.A. L-istess bħal waqt laqgħa miftuħa it-tezorier jitlob lill-membri biex jagħmlu kontribuzjoni w meta l-laqgħa tintemm, wieħed jista’ jkompli jitkellem b’mod informali kif ukoll jagħmel mistoqsijiet biex jifhem iżjed dak li jkun qed jigri. It-12 it-Tarġa tal-Alkoħoliċi Anonimi jistgħu jiġu msemmija f’dawk il-laqgħat peress li huma l-perm tal-program ta’ fejqan tal-Alkoħoliċi Anonimi

Jekk jogħġbok ara l-lista tal-laqgħat tal-A.A. Maltija – Għandek issib in-numru tat-telefon ta’ voluntiera f’kull laqgħa f’kaz li għandek bzonn zi għajnuna nkella issib l-lokazjoni ta’ fejn issir il-laqgħa

Jekk tehtieġ għajnuna dwar problema tiegħek tax-xorb jekk jogħġbok aqra L-A.A. Tgħodd Għalik?

Sir af iżjed dwar l-program ta’ fejqan tal-A.A. billi taqra dwarit -12  il-Tarġa tal-Alkoħoliċi Anonimi
.