It-Tnax il-Tarġa tal-Akoħoliċi Anonimi

Minn ikun għadu kif beda jattendi ghal-laqgħat hu mħeġġeġ biex iżomm moħħu miftuħ, joqgħod attent ghal dak li qed jingħad mill-akoħoliċi mfejqa, li jaqsmu l-istorja tagħhom u kif dawn jinterpretaw il-program ta’ fejqan tal-A.A.

Fil-qalba tal-program ta’ fejqan tal-A.A. hemm numru ta’ prinċipji msejħin it-12 it-Tarġa tal-Alkoħoliċi Anonimi. Għalkemm ghall-ewwel dawn jidrhu żejda, tajjeb tkun taf li l-Ktieb il-Kbir tal-Alkoħoliċi Anonimi li kien miktub mill-fundaturi tal-A.A. “biex juri lill-akoħoliċi oħra kif rnexxielna nfiequ”. Jinforma lill-qarrej li:

“Uħud minnhom mbuttawna. Ħsiebna li stajna nsibu triq eħfef u aħjar. Imma ma stajniex. Mħeġġin kif aħna, nitolbukom biex ma tibzgħux u tkunu iebsa mill-ewwel. Uħud minna ippruvajna nżommu l-idejat antiki tagħna w kien kollu għalxejn u bl-ebda suċċess sakemm rħejna kollox”

“Hawn huma it-tarġiet li tlajna, li huwa issuġġeriet biex wieħed ifieq:

1. Ammettejna magħna nfusna li konna tilfna l-kontrol fuq ix-xorb tal-akoħol u li ħajjitna saret mħarbta.
2. Emminna li Qawwa hafna ikbar minna biss setgħet tagħtina lura is-serħan tal-moħħ.
3. Iddeċidejna li nbidlu ħajjitna u nerħu ruħna f’idejn Alla tagħna, kif nifhmuħ aħna.
4. Ħarisna mingħajr biża lejn ħajjitna w għamilna eżami fil-fond tal-kuxjenża tagħna.
5. Ammettejna quddiem Alla, lilna nfusna u bniedem iehor l-żbalji kollha li konna wettaqna.
6. Aċċettajna għal kollox u sirna lesti biex nerħu l’Alla jneħħilna id-difetti kolla tagħna.
7. Staqsejniħ b’sens t’umilta’ biex inneħilna in-nuqqasijiet kollha tagħna.
8. Qisna kemm weġġajna nies tul-ħajjietna u sirna lesti biex nagħmlu tajjeb ghall-ħażin li konna għamilna.
9. Pattejna għal dan il-ħażin b’mod dirett u fejn kien possibli u waqafna biss meta rajna li ser jkun a’ ħsara għalina nkella għal haddieħor.
10. Bqajna nagħmlu nventarju ta’ ħajjitna w kull darba li għarafna li għamilna ħażin konna lesti li nammettuħ
11. Rajna kif bit-talb u l-meditazzjoni nżidu fil-ħsieb tagħna l-kuntatt m’ Alla kif nifmuħ aħna. Nitolbuh biex insiru nafu r-rieda tiegħu għalina u biex jagħtina s-saħħa biex inwettquha.
12. Wara li permezz ta dawn it-12 il-Targa, rnexxielna jkollna qawmien spiritwali, għamilna ħilitna biex nwasslu dan il-messaġġ lill-alkoħoliċi oħra u biex nosservaw dawn il-principji f’dak kollu li nagħmlu”

Jekk qed tfittex għajnuna dwar problema tax-xorb kompli aqra – – L- A.A. Tajba Għalik?

Fittex iżjed dwar il-laqgħat tal-A.A. w kif jitmexxew , u kun għaf iżjed fuq l-istruttura tal-A.A. f’Malta.