It-tnax it-Tradizzjonijiet tal – A.A.

Dawn it-tradizzjoniet inkitbu mill-fundaturi w l-membri tal-bidu fl-A.A. u ġew aċċettati waqt il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-A.A. li saret fi Cleveland, Ohio fis-sena 1950. Huma numru ta’ prinċipji w attitudinijiet li nstab li għandhom valur għax jiżguraw is-sura informali li l-A.A. irnexxielha iżżomm tul iż-żmien.

Tbatija w Mħabba kbira huma d-dixxiplina tal-A.A.; Ma nħarsu lejn xejn iżjed.

Naqraw mill-kitbiet ta’ Bill W. li gew approvati waqt il-konvenzjoni ta’ St Louis u ċ-ċelebrazzjoni tal-20 sena mit-twaqqif tal-A.A. fis-sena 1955 – ‘Alkoħoliċi Anonimi – Għeluq Zmiena paġna 120’

Dan huma it-Tnax il-Tradizzjoni tal- A.A. fil qosor.

1.Il-ġid komuni jiġi l-ewwel – il-fejqan personali jiddependi fuq kemm aħna magħqudin.
2.Biex nilħqu l-għan ewlieni tagħna nagħrfu awtorita waħda – Alla li jħobb. Hu jista juri Ruħu fil-kuxjenza waqt il-laqgħat tal-grupp tagħna. Il-mexxejja tagħna m’huma xejn ħlief qaddejja fdati; ma jikkmandawx.
3.Biex issir membru hemm bżonn ħtieġa waħda biss – xewqa li tieqaf tixrob
4.Kull grupp għandu jzomm awtonomija sakemm ma jaffettwax hażin lill-gruppi oħra nkella l- A.A.
5.Kull grupp għandu għan ewlieni wieħed – dak li jilħaq lil minn għaddej minn problemi tax-xorb
6.L’ebda grupp tal A.A. m’ghandu jkollu xi relazzjoni ta’ flus ma xi organiżżazzjoni oħra jew juża l’isem tal-A.A biex inkunu żguri li problemi ta’ flus, propjeta jew prestiġji ma jtellfuniex l-għan ewlieni tagħna.
7.Kull grupp tal-A.A. irid isostni lilu nnifsu u jirrifjuta kull tip ta donazzjoni li ma tiġiex mill-membri.
8.L-għaqda tal-Alkoħoliċi Anonimi m’għanda qatt timpjega nies, iżda iċ-ċentri ta’ għajnuna jistghu jimpjegaw ħaddiema specjaliżżati.
9.Għalhekk l-A.A. ma jkolla qatt struttura fissa, iżda jista jkun hemm ħtieġa ta’ kumitati jew bord ta’ membri li jkunu qegħdin hemm biss biex iservu.
10.L-A.A. m’għanda l-ebda opinjoni fuq l-ebda materja l- barra minnha; għalhekk l-isem tal-A.A. m’ghandu qatt isib ruhu f’kontroversja ta’ natura pubblika.
11.Ma nagħmlux reklami izda naħdmu biex niġbdu n-nies lejna; Hemm ħtieġa li nieħdu ħsieb l-anonamita tagħna kemm fuq il-media ,ir-radju u t-televiżjoni.
12.It-tradizzjonijiet tagħna huma mibnija fuq l-ispirtu t’ Anonimita u dejjem nfakkru lilna nfusna li l-prinċipji jiġu qabel l-interessi personali.

Ikkupjat bil-permess tal- ‘ AA World Services, Inc’.

Jekk għandek bżonn l-għajnuna dwar il-problema tax-xorb mela aqra – L-A.A. tgħodd għalik?