L-A.A. f’Malta

L-Għaqda tal-Alkoħoliċi Anonimi bdiet tiltaqa f’Malta fis-sena 1966. Kien wieħed Irlandiż li qabel ġie Malta kien sab li l-A.A. Irlandiża kienet ta’ għajnuna għalih.
Minn mindu twaqqfet, minn grupp wieħed b’laqgħa bl-Ingliż fil-kniesja ta’ St. Patrick’s, tas-Sliema, l-Akoħoliċi Anonimi kibret f’Malta w illum nsibu 7 gruppi jiltaqgħu w jużaw il-malti, 4 b’żewġ lingwi w 5 bl’ingliż.
Il-gruppi kollha tal-Akoħoliċi Anonimi għandhom għan wieħed – li jgħaddu l-messaġġ lil akoħoliċi oħra li qegħdin isofru.
Kull grupp huwa awtonomu w immexxi mil-membri li biex jmexxu l-laqgħat tal-grupp jiffurmaw kumitat ta’ ħidma. Kull grupp jieħu ħsieb l-ispejjes tiegħu w ma’ jaċċettax kontribuzjoniet li ma jkunux ġejjin mill-membri.
F’Malta l-Alkoħoliċi Anonimi għanda Uffiċċju Ċentrali. Li nsejħulu Uffiċċju Għas-Servizz Ġenerali, xogħolu hu li joħloq struttura nformali, servizz tat-telofon għall-għajnuna, jagħti tagħrif pubbliku w jorganizza l-Konvenżjoni ta’ kull sena.
L-Alkoħoliċi Anonimi m’ħiex organiżazzjoni fis-sens formali, m’għandiex uffiċjali, regolamenti, miżati jew ħlasijiet oħra.
Delegati min Malta jieħdu sehem ukoll fl-istruttura tal-‘Alcoholics Anonymous World Service’

Jekk qed tfittex l-għajnuna għal-problema tax-xorb tiegħek aqra– L-A.A. tgħodd għalik ?

Tista’ issib iżjed tagħrif billi taqra dwar it-12 l-Tradizzjoni tal-Akoħoliċi Anonimi.