Media

L-għaqda tal-Alkoħoliċi Anonimi ta’ Malta tagħraf li l messaġġ tagħha ta’ tama w fejqan jista’ jilħaqq iżjed nies permezz tal-għajnuna, s-sapport u l-koperazzjoni tal-Media Maltija.

Napprezzaw is-sehem tal-media w huwa l-għan tagħna li nikkoperaw billi nħallu membri tagħna jispjegaw l-esperjenzi, ir-rieda u t-tama li għaddew minna fit-triq tal-fejqan tagħhom.

Dejjem lesti li nilqgħu mistoqsijiet dwar l-A.A. izda ma ntennux ruħna fuq affarijiet oħra.  Dejjem lesti nikkoperaw mall-media sakemm nibqgħu inżommu fis-sod l-ispirtu tat- tradizzjoni tal-anonimita – ghal iżjed dettalji aqra l-Ittra dwar l-Anonimita lill-Media

Għandna membri tal-A.A.li jkunu lesti jitkellmu fuq ir-radju, it-televiżjoni kif ukoll mall-membri tal-istampa.  Jekk int interessat biex tagħmel intervista uża id-dettalji hawn taħt biex tikkuntattjana.

Ikkuntattja l-Alkoħoliċi Anonimi – Malta
Ċempel fuq 21239264
Ibgħat ‘email’ lil pi@aamalta.org.mt