Ittra dwar l-Anonimita lill-media

Tistgħu issiru tafu aktar dwar kif l-Għaqda tal-Akoħoliċi Anonimi taħdem id f’id mall-membri tal-media f’Malta.

Uffiċċju tas-Servizz Ġenerali tal-Alkoħliċi Anonimi
Mejju 2010

Alkoħoliċi Anonimi
Ittra ta’ ringrazzjament – Xewqa għall-koperazzjoni dejjiema.

Minn żmien għal żmien nikkuntattjaw lill- ħbieb tagħna l-membri tal-media biex nirrgrazzjawhom għall-mod ta’ kif huma jgħinuna fiz-zamma tat-tradizzjoni tal-anonimita ghall-membri tal-għaqda tal-Alkoħoliċi Anonimi.

Nibdew l-ewwel billi nesprimu l-apprezzament tagħna lejkom. Minn meta l-għaqda twaqqfet fis-sena 1935,  il-membri tagħha għarfu mill-ewwel li l-messaġġ ta’ tama w fejqan ma’ kienx possibli li jitwassal lil daqstant nies, bill-fomm biss. Nikkalkulaw li hawn madwar 2 miljuni ta’ membri mfejqa f’ madwar 180 pajjiż u f’dan is-suċċess l-Media tat is-sehem tagħha.

It-tieni punt, nixtiequ li tkomplu tikkoperaw magħna fiż-żamma tal-anonimita tal-membri tagħna.  Il-prinċipju tal-anonimita huwa is-sisien tal-għaqda tagħna. Min  jibża jistaqsi għal-għajnuna tagħna jistgha jserrah rasu li l-anonimita tiegħu ser tkun irrispettata. Ukoll, għalkemm mhux dejjem magħrufa, fit-tradizzjoni tal-anonimita aħna nagħrfu li qegħdin f’mixja mibnija fuq prinċipji u mhux personalitajiet u li l’ebda membru tal- A.A. m’għandu jqis ruħu bħala kelliemi jew mexxej tal-għaqda tagħna. Saħansitra jekk xi membru tagħna jitkellem magħkom intom mitluba biex tagħmlu użu minn ismu biss u qatt il-kunjom. (eżempju  Karm A, jew Toni B). Fl-aħħar nistaqsukom biex ma tuzawx ritratti jew xi stampi li jistgħu jagħtu lok biex tinkixef  l-identita ta’ xi membru tagħna.

Nerġgħu nirrangrazzjawkom għall-koperazzjoni tagħkhom.  L-Għaqda tagħna ma’ tidħolx f’argumenti jew diskors ta’ natura pubblika, fl-istess ħin dejjem lesti biex ngħaddu nformazzjoni fuq l-A.A. lil kull min jixtieqa.

Jekk inti professjonist u tixtieq tibgħatilna l-indirizz tiegħek biex tikseb aktar informazzjoni fuq l – A.A. tista tagħfas hawnhekk

Dejjem tieghek

Kumitat Informazzjoni għal-Pubbliku
Alkoħoliċi Anonimi.