Professjonisti

L-Għaqda tal-Akoħoliċi Anonimi tilqa l-opportunita li taħdem ma professjonisti u s-settur pubbliku.  Is-sezzjoni tagħna ta’ informazzjoni għanda l-għan li ssaħħaħ il-kuntatt ma’ professjonisti biex turi kif tista tikkopera w toffri is-servizzi tagħha b’xejn lil kull minn għandu problema tax-xorb.

Is-servizz ta’ informazzjoni jfittex li jokkopera ma’ professjonisti ġejjin minn kull settur:

  • Ħaddiema tas-Saħħa
  • Faċilitajiet ta’ Korrezzjoni
  • Sidien ta’ Mpjiegi
  • NGOs
  • Edukazzjoni
  • Għaqdiet Reliġjużi

Laqgħat tal-Alkoħoliċi Anonimi jinżammu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż kuljum f’Malta u Għawdex –  Inti milquħ tattendi waħda mill-laqgħat miftuħa.

Jekk jogħġbok kompli aqra biex tkun taf kif tfittex għajnuna għal minn għandu problema tax-xorb.

Il-voluntiera tagħna li jieħda ħsieb it-tqassim ta’ informazzjoni huma lesti li jiltaqgħu miegħek.  Ikunu jistgħu jagħtu tagħrif dwar l-għaqda tal-Alkoħoliċi Anonimi u l-programm ta’ fejqan waqt laqgħat ta’ Professjonisti, ‘seminars’, ‘workshops’, ‘team training’ u taħditiet għall-ħaddiema.

L-għan aħħari ta’ dan is-servizz huwa biex ngħinu lil minn għandu problema tax-xorb u filwaqt li dejjem nżommu it-tradizzjoni ta’ anonimita, nemmnu li nkunu ta għajnuna billi naqsmu l-esperjenza tagħna u nagħtu tagħrif dwar dak li wieħed jista jew m’għandux jagħmel.

Jekk tixtieq iżjed tagħrif fuq l-għaqda Alkoħoliċi Anonimi Malta w dwar kif nistgħu naħdmu id f’id ikkuntattjana.

Għamel kuntatt mal- Alkoħoliċi Anomini – Malta
Ċemplilna fuq 21239264
Ibgħat ‘email’ lil pi@aamalta.org.mt