Għin li minn għandu Problema tax-Xorb

L-Għaqda tal- A.A. Malta tixtieq taħdem id  f’id ma’ Professjonisti fis-setturi tas-Saħħa, Edukazzjoni, Faċilitajiet ta’ Korezzjoni u Impiegi – Kompli aqra biex issir taf aktar kif l-Għaqda tal- A.A. Malta tikkopera mal-Professjonisti f’Malta.

Hemm ħafna modi kif wieħed jista jikkuntattjana – Is-servizzi tagħna huma offruti minn numru ta’ voluntiera, li huma stess għaddew minn u rnexxielhom jgħelbu  l -problema tax-xorb.

L-aħjar mod kif wieħed jikkuntattjana huwa billi juża is-servizz  ta’ għajnuna permezz tat-telefon – Ikun ta’ għajnuna jekk meta wieħed iċempel, ikollu miegħu l – pazjent jew klijent biex jekk ikun irid nkellmuh dak il-ħin stess.

Il-voluntiera tagħna mbagħad jiftehmu mal-klijent jew pazjent kif, fejn u meta jistgħu jiltaqgħu ghall-ewwel laqgħa.  Tista titlob l-istess servizz permezz tal-indirizz tal ‘email’ kif muri hawn taħt.

Tista ukoll tagħmel użu minn u tagħti il-lista ta’ laqgħat li jinżammu f’ Malta u Għawdex  kull ġurnata tal-ġimgħa.

Fittex l-għajnuna għand l-Alkoħoliċi Anonimi Malta
Ċemplilna fuq 21239264
Ibgħat ‘email’ lil help@aamalta.org.mt