Jekk nagħmlu ħilitna kollha matul dan il-­‐perijodu ta’ żvilupp, ser nistagħġbu qabel stess inkunu mxejna nofs it-­‐triq. Se nsiru nafu ħelsien ġdid u ferħ ġdid. Ma jibqax jinkwetana dak li għamilna fl-­‐imgħoddi, iżda lanqas ser ninsewh għalkollox. Ser nifhmu xi tfisser il-­‐kelma serenità u se nkunu nafu x’inhi l-­‐paċi.Tbaxxejna kemm tbaxxejna fl-­‐għemil tagħna fl-­‐imgħoddi, ser naraw kif din l-esperjienza nużawha għall-­ġid ta’ ħaddieħor. Ma nibqgħux iżjed inħossuna li m’aħna tajbin għal xejn u mimlija ħasra għalina nfusna. Il-­‐mod li bih inħarsu lejn il-­‐ħajja jinbidel għalkollox. Ma nibqgħux mgerrxin min-­nies u beżgħana li l-­‐flus m’humiex se jservuna. Insiru nafu kif għandna nimxu f’sitwazzjonijiet li qabel kienu jħawduna. Nintebħu f’daqqa waħda li Alla qed jgħamel għalina dak li ma stajniex nagħmlu waħedna.

Dawn wegħediet fiergħa? Aħna ma naħsbux li huma. Qed jiġru fostna, kultant malajr, kultant bil-­‐mod; imma dejjem jiġrujekk naħdmu għalihom
HOME     IL-­‐ WEGĦDIET TAL-­‐ AA     KIF TAĦDEM     MEETINGS     7th TRADITION     CONTACT